| Segretarju Parlamentari izzur Ta' Maggi |
|
Miexi x-xoghol ghall-ewwel park ghall-SMEs
Il-Gvern huwa impenjat li jkompli johloq ix-xenarju ideali ghall-holqien tax-xoghol. Dan huwa ikkonfermat illum, f’l-ewwel Park ghall-SMEs, li sa l-ahhar tas-sena ghandu jkun lest mill-fazi ta’ kostruzzjoni, biex jibda jilqa’ fih madwar 300 haddiem. Dan l-SME park li qed isir b’investiment ta’ €4.6 miljun gejjin mis-settur privat, qed jiehu l-forma b’rittmu mghaggel, u diga beda jilqa’ fih intraprizi zghar u intrapredindituri self employed, li bdew joperaw minnu fl-ahhar xhur. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li zar is-sit li qed jigi zviluppat fl-SME park ‘Ta’ Maggi’ gewwa x-Xghajra limiti ta’ Haz Zabbar. Dan huwa wiehed minn 6 SME parks li qed jigu zviluppati mill-privat, fuq art mahsuba ghal dan l-ghan mill-Gvern. Dan il-progett huwa l-frott tal-vizjoni tal-Gvern li fl-2006, fi zmien l-allura Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, hajjar l-investituri privati joffru facilitajiet moderni biex minnhom joperaw kumpaniji zghar u medji. Jason Azzopardi ferah lil haddiema li diga qed jahdmu minn dan il-post. Huwa ferhilhom li investew fl-intrapriza taghhom, biex jilqghu ghall-isfidi taz-zmien, u jkunu mhejjija tajjeb ghall-bzonnijiet tas-suq. Huwa ferah b’mod partikolari ghal zewg operaturi li sa sentejn ilu kienu impjegati fit-Tarzna, u li hadu l-opportunita juzaw is-seghna taghhom, u fethu ghal rashom. Illum dawn ihaddmu tlett haddiema ohra maghhom, u jahdmu shifts twal biex ilahhqu mad-domanda qawwija tax-xoghol. Dan kollu jixhed li l-ekonomija qieghda tirbah l-isfidi u tirfed il-mewg qal is-Segretarju Parlamentari, anke jekk xi kull tant nisimghu ilhna li jkunu jridu jaqtghu il-qlub. Dan huwa frott tal-vizjoni tal-Gvern li jmexxi b’ghaqal u jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet, fil-waqt li jkompli joffri l-aqwa kundizzjonijiet ghall-investiment. Min-naha tieghu Kenneth Abela minn ‘Ta Maggi’ SME Park qal li 70% tat-78 unit li fihom jikkonsisti l-progett huma diga mehuda, anke jekk dan ghadu fil-fazi tal-kostruzzjoni. Dan il-park ser jilqa’ fih haddiema minn setturi varji bhal mechanics, panel beaters, sprayers, car-body styler, haddieda, mastrudaxxi, stainless steel works, u bosta ohrajn. |
